AĠĠORNAT: Raġel jitlef ħajtu kawża ta’ nirien f’ħanut fil-Marsa – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Raġel jitlef ħajtu kawża ta’ nirien f’ħanut fil-Marsa

Eġizzjan ta’ 25 sena tilef ħajtu wara li ħanut inħakem minn nirien fil-Marsa.

Il-każ seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-5:00, fi Triq Ħal Qormi fil-Marsa.

Fuq il-post issejħet l-ambulanza kif ukoll uffiċjali tal-pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Diversi persuni li kienu jinsabu fl-akwati kellhom jiġu evakwati kawża tan-nirien.

Dwar dan l-każ infetħet inkjesta Maġisterjali li qed titmexxa mill-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend