Raġel qed isofri ġrieħi gravi wara li nqalbet karozza fis-Siġġiewi – One News

Notifiki

Raġel qed isofri ġrieħi gravi wara li nqalbet karozza fis-Siġġiewi

Raġel ta’ 50 sena li jogħqod iż-Żurrieq qed isofri minn ġrieħi gravi wara li nqaleb bil-karozza fis-Siġġiewi.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5:30 tal-Ħamis wara nofsinhar fi Triq San Niklaw fis-Siġġiewi.

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-pulizija rriżultaw li għal xi raġuni x-xufier tilef il-kontroll tal-karozza tal-għamla Nissan Qashqai, bil-konsegwenza li nqalbet.

Fuq il-post ukoll mar tim mediku li ħa r-raġel l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend