Żagħżugħ ta’ 24 sena gravi wara li weġġa’ waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’Bulebel – One News

Notifiki

Żagħżugħ ta’ 24 sena gravi wara li weġġa’ waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’Bulebel

Raġel ta’ 24 sena miż-Żejtun ittieħed l-Isptar Mater Dei, wara li sofra xi ġrieħi waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ġewwa fabbrika.

L-inċident seħħ l-Erbgħa għall-ħabta tas-sagħtejn fil-qasam industrijali ta’ Bulebel, iż-Żejtun waqt li kien qed jopera xi makkinarju ġewwa l-fabbrika.

Immedjatament fuq il-post issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet lir-raġel l-isptar.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend