Se jitħallew joqogħdu numru ta’ nies bilwieqfa fuq tal-linja – il-maskri jridu jibqgħu jintlibsu – One News

Notifiki

Se jitħallew joqogħdu numru ta’ nies bilwieqfa fuq tal-linja – il-maskri jridu jibqgħu jintlibsu

Fi stqarrija il-Malta Public Transport qalet li aġġornat il-protokolli tas-saħħa u sigurtà fuq tal-linja.

L-istruzzjonijiet il-ġodda se jiżidu n-numru ta’ nies li jistgħu jkunu fuq tal-linja u se jħallu lil numru ta’ nie joqgħodu  bilwieqfa. Jiddependi mit-tul tal-vettura, il-karozzi tal-linja jistgħu jġorru massimu ta’ persuni bil-wieqfa li jvarja bejn 5 u 15 skont kif ikun indikat.

In-nies se jsibu sinjali apposta li jiggwidawhom dwar x’għandhom jagħmlu u x-xufiera se jikkontrollaw in-numru ta’ persuni li jkunu jistgħu jitilgħu mill-waqfiet tal-linja.

Il-ħlas eżatt se jibqa’ jiġi mitlub u x-xufiera mhux se jkunu jistgħu jagħtu bqija għal biljetti li jinxtraw bi flus kontanti. Intant, il-passiġġiera huma mħeġġa biex jużaw it-Tallinja Cards tagħhom fejn huwa possibbli biex jitnaqqas il-kuntatt fiżiku dirett.

Il-maskri għandhom jibqgħu jintlibsu matul il-vjaġġ kollu kif ukoll fuq il-waqfiet tal-linja. Hekk kif jitilgħu, il-passiġġiera huma mitluba jsibu post fuq wara biex iħallu spazju għal passiġġiera oħra u ma’ jagħlqux il-passaġġ.

L-arja kundizzjonata fuq tal-linja reġgħet bdiet tiffunzjona u sistemi interni u esterni fil-vetturi qed jibdlu l-arja li tkun qed tiċċirkola minimu ta’ tmien darbiet kull siegħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend