Tħassib dwar liġi kontroversjali fiċ-Ċina – One News

Notifiki

Tħassib dwar liġi kontroversjali fiċ-Ċina

L-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u n-NATO esprimew tħassib u rabja wara li ċ-Ċina għaddiet liġi tas-sigurtà kontroversjali li tatiha poteri ġodda fuq Hong Kong.

Il-President Xi Jinping iffirma l-liġi u qed tiġi attwata fil-kostituzzjoni ta’ Hong Kong.

Il-mexxejja ta’ Hong Kong Carrie Lam iddefendiet il-liġi u qalet li mliet “toqba” fis-sigurtà nazzjonali, iżda r-residenti ma jaħsbuhiex bħalha.

Id-dettalji dwar il-liġi mistennija jiġu ċċarati aktar tard f’Beijing hekk kif l-ebda abbozz ma kienx ippubblikat, u Lam qalet li ma tistax tikkummenta fuq it-termini tal-liġi qabel ma jiġu diskussi fil-Kungress Nazzjonali.

Ritratt: AFP

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend