Sheehan jeħel sentenza sospiża wara li uża forza esaġerata – One News

Notifiki

Sheehan jeħel sentenza sospiża wara li uża forza esaġerata

Paul Sheehan weħel 22 xahar ħabs sospiżi għal 3 snin wara li nstab ħati li spara lejn raġel li kien għadu kif laqat il-karozza tal-eks Ministru Manwel Mallia.

Il-każ kien ġara f’Novembru ta’ 6 snin ilu.

Il-Maġistrat Rachel Montebello qalet li għalkemm Sheehan kellu kull dritt li jwiddeb lir-raġel li ħabat fil-karozza, ix-xufier li huwa wkoll eks pulizija ma kellux juża forza esaġerata.

Irriżulta li r-raġel li ħabat fil-karozza tal-Ministru kien Stephen Smith.

Smith kien qed isuq xurban.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend