Mill-ġimgħa d-dieħla se jibdew jitqassmu l-vouchers ta’ €100 – One News

Notifiki

Mill-ġimgħa d-dieħla se jibdew jitqassmu l-vouchers ta’ €100

Mill-ġimgħa d-dieħla se jibdew jitqassmu l-vouchers ta’ €100 lil kull persuna ta’ ‘l fuq minn 16-il sena biex jintuża f’post ta’ akkomodazzjoni turistika, ristorant jew negozju li għalaq waqt il-pandemija.

B’25,000 negozju se jibbenefikaw minn injezzjoni ta’ €45 miljun f’dawn it-tliet xhur hekk kif il-vouchers se jkunu jistgħu jissarfu għandhom.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-ekonomija Silvio Schembri.

Mit-Tlieta kull negozju eleġibbli se jkun qed jirċievi ittra u activation code sabiex il-vouchers ikunu jistgħu jissarfu. In-negozji għandhom ċans ħamest ijiem sabiex jattivaw il-kont kummerċjali għal voucher.

Il-Konsulent fil-Ministeru għall-ekonomija Keith Abela spjega kif negozji eleġibbli jridu jniżlu l-app -app.vouchersmimcol.com/register.

Huwa sppjega: “Se jirċievu dan il-fuljet idaħħlu dettalji u minn hemm ikunu jistgħu jirċievu l-flus.”

Il-Kap Eżekuttiv tal-MIMCOL Stanley Mifsud spjega x’għandu jagħmel sid ta’ negozju meta jmur klijent għandu sabiex isarraf il-voucher. Bil-flus se jidħlu għand in-negozji fi żmien 24 siegħa.

Is-Sur Mifsud qal: “Is-sistema se ttih ċans jaqra l-voucher. F’każ li jkun validu fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa jirċievi l-flus.”

Il-voucher se jinqasam f’ħamsa, bl-ewwel €80 jistgħu jintefqu f’lukandi jew ristoranti fost oħrajn. Dawn il-vouchers se jkunu ta’ kulur aħmar.

L-€20 li jifdal ta’ kulur blu jistgħu jintefqu f’negozju li waqt il-pandemija għalaq, bħal ħanut tal-ħwejjeġ jew ħanut li joffri servizzi ta’ sbuħija, bħal dawk li jagħmlu d-dwiefer u tax-xagħar.

Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri tkellem dwar l-importanza tal-għoti tal-€100 vouchers li jridu jintefqu sa Settembru.

Huwa sostna: “Injezzjoni ta’ 45 miljun ewro jużaw dawn il-fondi fl-attività ekonomika.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend