L-Airmalta tniedni l-linja gwida għall-klijenti u l-ħaddiema tagħha – One News

Notifiki

L-Airmalta tniedni l-linja gwida għall-klijenti u l-ħaddiema tagħha

Ġurnata qabel jerġa’ jiftaħ l-ajruport il-linja Nazzjonali tal-ajru l-Airmalta nediet il-linji gwida sabiex tassigura s-saħħa u s-sigurezza tal-passiġġieri u l-ħaddiema tagħha.

Dawn huma maħsuba bil-għan li jkunu assigurati l-istandards ta’ saħħa u s-sigurtà mhux biss abbord imma anke meta jkun hemm kuntatt mal-klijienti.

Uħud minn dawn il-miżuri huma: l-użu tal-maskri jew face-shield, wieħed għandu jżomm id-distanza, fejn hu possibbli ċ-check-ins isiru online u wara kull vjaġġ l-ajruplani u t-trasport tal-passiġġiera se jkunu mnaddfa bi prodotti sanitarji.

Wieħed jista’ jżur il-linji gwidi kollha tal-AirMalta minn din il-ħolqa:

https://www.airmalta.com/caring-for-your-health-and-safety

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *