Jerġgħu jiftħu l-applikazzjonijiet għat-trasport b’xejn għall-istudenti – One News

Notifiki

Jerġgħu jiftħu l-applikazzjonijiet għat-trasport b’xejn għall-istudenti

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ħabbar li reġgħu fetħu l-applikazzjonijiet għat-trasport b’xejn lill-istudenti li jattendu skejjel tal-Gvern, tal-Knisja, Indipendenti. Din il-miżura tapplika wkoll anke tfal tal-kindergarten.

Dawk li ma kinux jagħmlu użu minn dan it-trasport matul is-sena skolastika li għaddiet jistgħu jiksbu l-applikazzjoni online permezz tal-isem tal-utent tal-e-ID u l-password sat-12 ta’ Lulju 2020.  Għal aktar informazzjoni rigward it-trasport tal-tskejjel b’xejn mur fuq il-paġna: https://schooltransport.edu.mt/state/

Jekk it-tfal kienu diġà qed jużaw t-trasport tal-iskejjel matul is-sena skolastika preċedenti (2019/2020), ma għandhomx bżonn jimlew applikazzjoni ġdida għas-sena skolastika li jmiss 2020/2021 imma għandhom jirċievu email mill-indirizz  [email protected] bil-link biex iġeddu l-applikazzjoni tagħhom.

F’każ li ma jirċivux din l-email wieħed għandu jċempel fuq 2598 1888 jew jibgħat email fuq: [email protected]

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend