Il-Prim Ministru jifraħ lil Neil Agius għall-għawma bejn Sqallija u Malta – One News

Notifiki

Il-Prim Ministru jifraħ lil Neil Agius għall-għawma bejn Sqallija u Malta

Il-Prim Ministru Robert Abela feraħ lil Neil Agius waqt laqgħa li kellu t-Tlieta f’Kastilja, mal-għawwiem li għam bejn Sqallija u Malta f’ħin rekord ta’ ftit aktar minn 28 siegħa.

Dr Abela esprima l-gratitudni tiegħu tal-inizjattiva li Agius ħa bil-għan li jqajjem aktar kuxjenza biex il-baħar jinżamm nadif u biex il-pubbliku jkun konxju mid-detriment li l-plastik jagħmel meta jintrema fil-baħar.

Min-naħa tiegħu, is-Sur Agius spjega lill-Prim Ministru l-isfidi li affaċċja tul l-għawma. Huwa rringrazzja wkoll lil kull min appoġġjah fil-kampanja Wave of change kontra r-rimi tal-plastik fil-baħar.

Fit-tmiem il-laqgħa, il-Prim Ministru ppreżentalu wkoll tifkira fl-okkażjoni ta’ din l-għawma b’suċċess.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend