Il-PN isostni li ċ-ċedoli m’għandhomx ikunu pubbliċi – One News

Notifiki

Il-PN isostni li ċ-ċedoli m’għandhomx ikunu pubbliċi

Il-Partit Nazzjonalista qed jibqa’ jippersisti li jżomm sigriet, l-iskema taċ-ċedoli li qed tiffinanzja l-miljuni ta’ dejn li għandu l-partit ta’ Delia.

Huma bosta li qed jistaqsu għalfejn partit li tant jitkellm fuq it-trasparenza u l-kontabbilità, ma jridx, akkost ta’ kollox jippubblika l-lista ta’ min qed jagħtih il-flus f’ċedoli.

Wara li anki l-kap Adrian Delia ma riedx jagħti ismijiet, issa s-Segretarju Ġenerali Nazzjonalista Francis Zammit Dimech, eks deputat ieħor tat-tmeninijiet, baqa’ jirrifjuta li jagħmel pubblika l-lista ta’ min qiegħed parti mill-iskema sigrieta taċ-ċedoli li bdiet fi żmien Simon Busuttil u taħt Delia kompliet il-ħidma fuqha b’aktar intensità.

Zammit Dimech qal: “U m’hemm xejn li aħna jidhrilna li hemm bżonn ngħidu fil-pubbliku rigward dawn iċ-ċedoli.”

Ma’ Zammit Dimech kompla jdoqq l-istess diska, Mario Demarco.

Huwa stqarr: “Min jixtri ċedola, hu stess, għandu dritt għall-protezzjoni ta’ privacy.”

Il-Preżentatur qal: “Qed tgħidli li dortu magħhom.”

Iżda Demarco sostna: “Le xejn minn dan, hija kwistjoni ta’ data privacy.”

 Zammit Dimech ikkonferma kif l-iskema taċ-ċedoli tgħaddi baxx baxx mil-liġi tal-finanzjament tal-partiti.

Huwa saħaq: “U le ma taqax taħt il-finanzjament.”

Zammit Dimech saħaq dan ftit wara li l-Viċi-Kap Nazzjonalista Robert Arrigo, li ftaħar li ffirma l-500 ċedola, qal li ċ-ċedoli mhumiex ta’ interess pubbliku.

Imma Arrigo qal: “Iċ-ċedoli m’għandhomx ikunu ta’ interess pubbliku”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend