Il-Ministru Bartolo jappella għal aċċess umanitarju bla xkiel fis-Sirja – One News

Notifiki

Il-Ministru Bartolo jappella għal aċċess umanitarju bla xkiel fis-Sirja

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo ħa sehem fir-raba’ konferenza ta’ Brussell dwar l-appoġġ għall-ġejjieni tas-Sirja u r-Reġjun. Din il-konferenza kompliet tibni fuq dawk ta’ qabilha iżda indirizzat wkoll il-front politiku sabiex tingħata l-għajnuna umanitarja fis-Sirja u r-reġjun tal-madwar.

Il-Ministru Bartolo aċċenna għall-fatt li għaddew għaxar snin minn meta beda l-kunflitt fis-Sirja. Huwa saħaq fuq  il-ħtieġa li l-komunità internazzjonali tibqa’ ffokata fuq ir-realtajiet li qed iseħħu f’dan il-pajjiż.

Filwaqt li esprima t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni umanitarja li hija waħda fraġli fis-Sirja, u li marret għall-agħar minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Il-Ministru Bartolo sostna li l-infrastruttura umanitarja fis-Sirja m’għandhiex tkun politiċizzata. F’dan il-kuntest, huwa importanti li jitħalla aċċess għall-għajnuna umanitarja bla xkiel għall-poplu Sirjan, f’konformità mal-liġi umanitarja internazzjonali. Huwa sellem ukoll lil dawk kollha li qed jagħmlu sforzi bla waqfien tagħhom ta’ appoġġ essenzjali u kruċjali għal dawk kollha fil-bżonn.

Il-Ministru Bartolo aċċenna wkoll għall-impatt ekonomiku u soċjali tal-COVID-19 fuq ir-refuġjati u l-komunitajiet ospitanti tagħhom. Filwaqt li faħħar l-irwol li kellhom il-pajjiżi ġirien, partikolarment il-Libanu, il-Ġordan u t-Turkija, il-Ministru tenna  l-appoġġ tiegħu għall-isforzi internazzjonali biex itaffu l-intoppi konsiderevoli li jiffaċċjaw dawn il-gvernijiet u appella għal reazzjoni internazzjonali sabiex jittaffew il-piżijiet addizzjonali li rriżultaw minn din il-pandemija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend