Il-kumpanija Amerikana Cirque du Soleil iddikjarat li falliet – One News

Notifiki

Il-kumpanija Amerikana Cirque du Soleil iddikjarat li falliet

Il-kumpanija Amerikana Cirque du Soleil, li torganizza spettakli akrobatiċi madwar id-dinja b’mod partikolari f’Las Vegas, iddikjarat li falliet.

Il-kumpanija bbażata f’Montreal qalet li l-falliment kien inevitabbli minħabba l-pandemija tal-COVID-19 għaliex kienet sfurzata twaqqaf l-ispettakli kollha tagħha.

Stqarret li qed timmira li tirristruttura d-dejn tagħha b’għajnuna mill-Gvern Kanadiż u kumpaniji privati.

F’dawn l-aħħar 36 sena, Cirque du Soleil stabilixxiet ruħha bħala organizzazzjoni ta’ suċċess u li tagħmel profitt imma mal-għeluq sfurzat tal-ispettakli kollha minħabba l-COVID-19, kellha tittieħed din id-deċiżjoni iebsa biex jiġi protett il-futur tal-kumpanija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend