Il-KE kuntenta li Malta għaddejja bid-djalogu fuq ir-riforma u l-emendi fil-kostituzzjoni – One News

Notifiki

Il-KE kuntenta li Malta għaddejja bid-djalogu fuq ir-riforma u l-emendi fil-kostituzzjoni

Il-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja Didier Reynders laqa’ l-fatt li Malta kompliet tiddjaloga mal-Kummissjoni Venezja rigward ir-riforma u l-emendi fil-kostituzzjoni. Huwa nkoraġixxa lill-Ministru Edward Zammit Lewis sabiex ikompli għaddej b’din il-ħidma favur is-saltna tad-dritt f’pajjiżna.

Il-Kummissjoni Venezja laqgħet 85% tar-rakkomandazzjonijiet li ressqet Malta favur anki r-riformi fil-ġudikatura u l-governanza t-tajba.

Il-Prim Ministru Robert Abela kien saħaq li issa l-pass li jmiss huwa li dawn ir-riformi ma jibqgħux fuq il-karta iżda jiġu abbozati f’liġijiet li jgħaddu mill-Parlament.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend