€95 miljun disponibbli fl-iskema l-ġdida tal-bonds għal anzjani ta’ ‘l fuq minn 62 sena – One News

Notifiki

€95 miljun disponibbli fl-iskema l-ġdida tal-bonds għal anzjani ta’ ‘l fuq minn 62 sena

Għal sena oħra l-Gvern nieda l-iskema tal-bonds għal persuni li twieldu fl-elf disa’ mija tmienja u ħamsin jew qabel.

Din l-iskema tara l-anzjani ta’ tnejn u sittin sena jew iżjed jinvestu bejn €500 u €10,000 fi stocks tal-Gvern b’rata ta’ tliet fil-mija, bil-bond jimmatura fl-2025.

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li din l-iskema sa issa għenet 24,600 anzjan b’somma globali ta’ €293 miljun mġemmgħa f’dan il-fond fl-aħħar 3 snin.

Il-Gvern se jkun lest li jagħmel tajjeb għal €60 miljun, filwaqt li jkun lest li jitla’ għal €35 miljun oħra skont id-domanda.

Il-Ministru Edward Scicluna stqarr: “Il-Gvern qed jgħin biex jagħti 3% li hi iżjed mis-suq u li tagħti nifs lil dak li jkun u li tagħti ftit kuraġġ. Jiġifieri s’issa għandna numru kbir, eluf ta’ anzjani li bejniethom diġa nvestew ftit inqas minn €300 miljun u issa nżidu b’100 miljun ieħor bejn wieħed u ieħor bil-launch li se noħorġu l-ġimgħa d-dieħla.”

L-applikazzjonijiet jiftħu u jagħlqu fil-15 ta’ Lulju iżda l-Ministru ħeġġeġ biex kulħadd jaħseb u jlesti l-affarijiet minn qabel.

Barra minn dan il-Professur Scicluna ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin se tinħareġ skema simili mit-Teżor li se tkun miftuħa għal kulħadd.

Huwa sostna: “‘Il quddiem beħsiebna li t-teżor ikollu launch kbira għal retail, għall-individwi u n-negozji, għal kulħadd.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *