Charmaine Gauci nominata għall-premju Ewropew – One News

Notifiki

Charmaine Gauci nominata għall-premju Ewropew

Is-sitt membri parlamentari Ewropej Maltin innominaw lill-Professur Charmaine Gauci, it-tim tagħha u l-professjonisti u l-voluntiera kollha tal-kura tas-saħħa għall-Premju taċ-Ċittadini Ewropej ta’ din is-sena.

Dan għal mod kif mexxew b’għaqal l-ġlieda u r-rispons tas-saħħa pubblika ta’ Malta kontra l-imxija.

Ta’ kull sena, il-Parlament Ewropew jirrikonnoxxi individwi u organizzazzjonijiet li jkunu taw kontribut notevoli lis-soċjetà.

Din is-sena l-Parlament Ewropew xtaq li n-nominazzjonijiet ikunu ta’ dawk il-persuni li kkontribwixxew fil-ġlieda kontra l-Coronavirus.

Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li l-Professur Gauci u l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa ġew deskritti bħala rappreżentanti denji tal-ħila Maltija biex tingħeleb il-pandemija u jistħoqqilhom ikunu rikonoxxuti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend