BIL-FILMAT: Jason Azzopardi ħati ta’ ksur ta’ privileġġ lampanti fil-konfront ta’ Joseph Muscat – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Jason Azzopardi ħati ta’ ksur ta’ privileġġ lampanti fil-konfront ta’ Joseph Muscat

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia sab lid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ħati ta’ ksur ta’ privileġġ lampanti fil-konfront ta’ Joseph Muscat.

Jason Azzopardi kien allega li Dr. Muscat kellu informazzjoni li hemm pjan biex tinqatel Daphne Caruana Galizia u għaldaqstant sejjaħ l-elezzjoni ġenerali qabel.

Fis-seduta parlamentari tal-Erbgħa li għadda, Joseph Muscat ressaq ksur ta’ privileġġ u qal li l-aġir ta’ Azzopardi kien gidba inġurjuża u malafamanti fil-konfront tiegħu, li minbarra li ċaħadha bil-qawwa kollha, hija bla bażi.

Dr. Muscat kien qal li huwa l-unika Prim Ministru li taħtu ssolva każ maġġuri ta’ qtil.

Hekk kif ta r-ruling, l-Ispeaker staqsa lil Jason Azzopardi jekk hux se jirtira l-kliem li qal iżda huwa qam u saħaq li mhux se jirtira l-kliem.

L-Ispeaker qal: “Fin-nuqqas allura li fil-fatt ma rtirax l-Onorevoli Jason Azzopardi jirtira l-kliem is-sedja m’hu se jkollha l-ebda għażla ħlief li jsib l-Onorevoli Jason Azzopardi ħati prima facie ta’ ksur ta’ privileġġ fil-konfront tal-Onorevoli Joseph Muscat u għaldaqstant tirreferi l-każ għand il-kumitat permanenti dwar il-privileġġi.”

L-Ispeaker tal-Parlament tkellem dwar il-lingwaġġ li uża Jason Azzopardi.

Huwa stqarr: “Good temper and moderation are the characteristics of parliamentary language. Is-sedja tara li l-lingwaġġ li uża f’din l-istanza l-Onorevoli Jason Azzopardi ċertament ma kienx ikkaratterizzat la minn good temper u lanqas minn moderation.”

Fi tmiem li ta d-deċiżjoni, l-Ispeaker għamel appell importanti: “F’dan l-istadju s-sedja wkoll tħoss u nerġa’ nagħmel l-appell kif diversi drabi għamilt sabiex kull membru ta’ din il-Kamra jkun meqjus fi kliemu u dejjem jimposta d-diskors tiegħu b’attenzjoni sabiex ma joħloqx la malintiż u agħar minn hekk jattribwixxi intenzjonijiet ħżiena fil-konfront ta’ membri parlamentari sħabu ġo din il-Kamra.”

Intant b’reazzjoni għal dan, id-deputat Laburista Joseph Muscat saħaq li l-programm elettorali tal-Gvern jinkludi riforma tal-privileġġ parlamentari u tneħħija tal-immunità.

Filwaqt li qal li diġà sar xogħol estensiv fuq din il-proposta, huwa konvint li se jkompli jitwettaq il-programm li ġie elett il-Gvern fuqu.

Ta’ QabelLi Jmiss

5 Comments

  1. Zewg kelmiet baxxi bil-Malti jiddiskrivu lil dan il-bniedem skifuz, wahda b’hames ittri, tibda’ bl-ittra h u tispicca bl-ittra a; u l-ohra aktar vulgari b’erba’ ittri u tibda bl-ittra l. Le mhux lifa, ghalkemm toqghodlu wkoll.

  2. U issa x’ser jiġri??Iva il-privileġġ parlamentari irid itir mit-tieqa. Il-PL mhu ser jitlef xejn għax dejjem kien iggalbat. Il-pn għandu x’jitlef għax dejjem hu juża ħażin dan il-privileġġ li jfakkrek fi żmien ir-rejiet. M’għadx baqa żmienu. Illum qabel għada irid jispiċċa. Min jgħid il-verita’ m’għandux bżonnu.

  3. U issa x’ser jiġri?? Il-privileġġ parlamentari irid itir mit-tieqa. Daqshekk titubar. M’għadx baqa loku dan il-privileġġ. Anki l-kelma privileġġ tistona f’Repubblika tal-2020.

  4. U nerġgħu nistaqsi…… issa x’ser jiġri???? Issa ħadd mhu ser jipprotesta kontra dal ħniżrijiet fil-Parlament Malti? Issa ser nibqgħu hekk qisu ma ntqal xejn???

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend