Żewġt irġiel li kienu miżżewġa u bit-tfal illum se jsiru saċerdoti ma’ tmien djakni oħra – One News

Notifiki

Żewġt irġiel li kienu miżżewġa u bit-tfal illum se jsiru saċerdoti ma’ tmien djakni oħra

Illum, l-Arċidjoċesi ta’ Malta ser tkun qed tara żieda ta’ għaxar saċerdoti ġodda fil-familja tal-kleru Malti.

Numru kbir ta’ saċerdoti li ilu ma jkun hawn bħalu f’Malta.

Fost dawn l-għaxar irġiel, hemm tnejn li kienu miżżewġin u għandhom it-tfal, iżda f’qalbhom nibtet iż-żrara ta’ vokazzjoni saċerdotali.

Iċ-ċelebrazzjoni se ssir fil-Knisja ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid mill-Arċisqof Charles Scicluna fis-sitta u nofs ta’ filgħaxija.

L-għaxar djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti huma:

  • Osmar Baldacchino mill-Parroċċa ta’ San Nikola, is-Siġġiewi
  • David Borg mill-Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar
  • Christopher Bugeja mill-Parroċċa ta’ San Pawl, ir-Rabat
  • Andrew Camilleri, mill-Parroċċa ta’ Santa Katerina, iż-Żurrieq (Moviment tal-Fokolari)
  • Jonathan Debattista mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien
  • Michael Debono, Kumpanija ta’ Ġesù (Ġiżwita)
  • Damian John Formosa, Salesjan ta’ Don Bosco
  • Jake Mamo, Salesjan ta’ Don Bosco
  • Tony Pace mill-Parroċċa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, Ħal Safi
  • Paul Spiteri, Salesjan ta’ Don Bosco

Segwi hawn:

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend