Tinżamm arrestata wara li ħebbet għal mara oħra b’arma li taqta’ u bil-ponta fil-Marsa – One News

Notifiki

Tinżamm arrestata wara li ħebbet għal mara oħra b’arma li taqta’ u bil-ponta fil-Marsa

Mona Ibrahim Mahmud ta’ 36 sena mis-Sawdi Arabja tressqet il-Qorti akkużata li ħebbet għal mara b’arma taqta’ u bil-ponta. Hija wieġbet mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha u d-difiża talbet il-ħelsien mill-arrest.

Il-prosekuzzjoni opponiet din it-talba u spjegat kif il-każ seħħ il-bieraħ għall-ħabta tal-kwarta fil-Marsa, meta l-mara ħarġet b’arma taqta’ u bil-ponta u ħebbet għal persuna oħra. L-akkużata hawnhekk tenniet li kienu żewġ irġiel li joqgħodu fil-qrib tal-post fejn taħdem u tgħix li daħlu u ħebbew għaliha. Irrakkontat kif hija qabdet sikkina biex tiddefendi ruħha.

Minħabba li l-akkużata ma setgħetx tipprovdi indirizz fiss fejn tista’ toqgħod u li għad hemm xhieda pajżana li jridu jixhdu fil-każ, il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest. Wara li nħarrġet mill-awla l-akkużata instemgħet tgħajjat fil-kuritur u kien hawnhekk li l-Qorti talbet lid-direttur tal-faċilità Korrettiva ta’ kordin biex jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex tkun żgurata s-saħħa u s-sigurtà tal-akkużata.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend