L-ewwel Imnarja differenti għall-bdiewa u raħħala Maltin u Għawdxin – One News

Notifiki

L-ewwel Imnarja differenti għall-bdiewa u raħħala Maltin u Għawdxin

F’jum l-Imnarja sibna lill-bidwi Marjan Cini jaħdem fl-għelieqi tiegħu fil-Mellieħa minflok il-Buskett jippromovi l-prodott lokali flimkien ma’ bdiewa oħra.

Dan ġara minħabba li l-attivitajiet li jsiru kull sena fil-Buskett ma sarux minħabba l-pandemija Covid-19 u r-restrizzjonijiet li ġabet magħha.

Ma’ ONE News, il-bidwi qal kif din hija festa importanti għall-bdiewa għaliex fiha jippromovu l-prodotti kollha li jkunu saru minn art Maltija. Qal kif f’dan l-aħħar snin din il-festa bdiet terġa żżid fil-popolarità tagħha.

“Il-wirja reġgħet bdiet tiġi promowtjata, biex nippromowtjaw il-prodott lokali għax maż-żmien kienet bdiet it-triq tan-nieżla, imma issa dan l-aħħar, erħilu dis-sena minħabba l-eċċezzjoni tal-pandemija, imma dan l-aħħar snin kienet reġgħet bdiet tiġi promossa ħafna biex nuru lin-nies li bħal speċi araw u ibżgħu għal-prodott Malti”

Dari l-festa kellha valur akbar minħabba li kienet tiftaħ l-istaġun tas-sajf agrikolu, fejn il-bdiewa juru l-aħjar prodotti ta’ ħaxix u frott tagħhom, waqt li r-raħħala juru l-aqwa bhejjem tagħhom.

Xi ħaġa li sa ċertu punt kienet rifless tul il-pandemija, meta l-pubbliku Malti donnu beda japprezza ferm aktar il-prodott lokali.

“Tul il-pandemija li qisu ħassejna li n-nies ġew konxji iktar ta kemm huwa importanti l-prodott lokali. Jekk xejn in-nies apprezzaw ħafna dis-sena iktar minn qatt qabel kemm huwa importanti li l-pajjiż ikollu l-ikel tiegħu stess. Jiġifieri ġie prodott fil-pajjiż stess u mhux impurtat, dik ħassejniha ħafna u n-nies apprewha ħafna u saru jafu kemm hawn affarijiet differenti li jikbru malta, qabel forsi ħasbuhom li jiġu minn barra”

Hawn tkellem ukoll kif issa hu u sħabu qed jippreparaw għal staġun li joffri bosta sfidi għall-qasam: is-sajf.

“L-istaġun tas-sajf fih is-sabiħ u fih l-ikrah tiegħu għax bin-nixfa kbira illi qed ikun hawn f’dan l-aħħar żminijiet, qed ikun iebes ħafna jirnexxielek tkabbar prodott lokalment.”

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend