Illum huwa Jum l-Imnarja – min għal Għawdex u min għall-baħar – One News

Notifiki

Illum huwa Jum l-Imnarja – min għal Għawdex u min għall-baħar

Id-29 ta’ Ġunju, Jum l-Imnarja.

Bħal-lum għexieren ta’ nies kienu jerħulha lejn il-Buskett sabiex jattendu għall-attivitajiet relatati ma’ din il-festa, iżda din is-sena ser tkun kemxejn differenti.

Għall-bdiewa wkoll se tkun differenti hekk kif din is-sena ma tantx jistgħu jesebixxu l-frott u l-ħxejjex mir-raba’ tagħhom.

Għexieren ta’ nies iddeċidew li jqattgħu din il-festa pubblika billi qasmu l-fliegu u marru fil-gżira tat-tliet għoljiet. Oħrajn ukoll bdew jerħulha lejn bajjiet differenti madwar il-pajjiż sabiex iqattgħu ġurnata ħdejn il-baħar frisk Malti taħt xemx taqli l-ankri.

Fil-gżira Għawdxija illum mhux biss tiġi ċċelebrata Jum l-Imnarja iżda wkoll il-Festa ta’ San Pietru u San Pawl fin-Nadur.

Ritratt Imnarja: Mario Muscat

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend