Il-Partit tal-Ħodor fuq quddiem fl-elezzjonijiet lokali fi Franza – One News

Notifiki

Il-Partit tal-Ħodor fuq quddiem fl-elezzjonijiet lokali fi Franza

Il-Partit tal-Ħodor Franċiż u l-alletati xellugin tiegħu kisbu rebħiet sinifikanti fit-tieni rawd tal-elezzjonijiet lokali. Huma kisbu riżultati tajbin f’uħud mill-ibliet bħal-Lyon, Strassburgu u Besançon.

Il-Partiti ċentrist tal-President Franċiż Emmanuel Macron li fuq livell lokali ma jgawdix mill-istess popolarità li għandu b’mod nazzjonali, falla milli jikseb il-maġġoranza fi bliet importanti.

It-tieni rawd ta’ votazzjoni kellu jsi f’Marzu li għadda, madanakollu, minħabba l-imxija kellha tiġi postposta għal tliet xhur wara. Kull votant kellu jżomm mar-restrizzjonijiet imposti, fosthom l-ilbies obligatorju tal-maskri. Madanakollu, it-turnout kien wieħed vera baxx.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend