Il-leakages fil-Partit Nazzjonalista huma sors ieħor ta’ ġlied – One News

Notifiki

Il-leakages fil-Partit Nazzjonalista huma sors ieħor ta’ ġlied

F’nofs Kunsill Ġenerali li tlaqqa’ biex isiru emendi għall-istatut tal-Partit Nazzjonalista li kienu anki sors ta’ ġlied hekk kif Louis Galea ried ibiddel l-isem u l-motto tal-partit, spikkat ukoll kwistjoni oħra taħraq li ilha tkun sors ieħor ta’ firda u taqbid bejn il-fazzjonijiet fil-partit f’tal-Pietà.

Fis-sessjoni tal-Ħamis filgħaxija, tal-Kunsill Ġenerali fl-istamperija, qamet kwistjoni dwar il-leakages fil-partit ta’ Delia.

Kunsillier mill-kumitat sezzjonali tan-Naxxar qam jitkellem dwar il-problema tal-leakages fil-Partit Nazzjonalista li qiegħda f’kull livell.

“Dejjem kien hemm problemi ta’ leakages fil-partit. Sew fil-kumitat eżekuttiv u kemm fil-kumitati pero iżjed ma jgħaddi ż-żmien, iżjed dawn il-leakages qegħdin jiżdiedu.”

Mument minnhom qam kunsillier ieħor li deher mhux jaqbel u qal li l-affarijiet qed jikkumplikaw ruħhom.

“U fil-kumitat stess min ħa jiddeċiedi? Il-kumitat jgħid din il-ħaġa ġa nibgħatuha. Qisha tikkumplika x-xogħol, naraha jiena.”

Fl-eqqel tal-aħħar kriżi interna fil-Partit Nazzjonalista, eżatt qabel faqqgħet il-pandemija, dak li kien għadu kif irriżenja minn Segretarju Ġenerali kien fetħilha kontra l-fazzjoni ta’ Simon Busuttil.

Clyde Puli kien akkuża lil ta’ Busuttil b’leakages selettivi u malinni.

“Min b’mod irresponsabbli u b’mod malinn jagħmel leakages t’affarijiet b’mod selettiva.”

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend