Il-Kummissjoni Ewropea tilqa’ l-passi ta’ Malta dwar it-tisħiħ fis-saltna tad-dritt – One News

Notifiki

Il-Kummissjoni Ewropea tilqa’ l-passi ta’ Malta dwar it-tisħiħ fis-saltna tad-dritt

Il-Kummissjoni Ewropea qed tilqa’ l-passi li qed jieħu pajjiżna biex isaħħaħ is-saltna tad-dritt.

F’intervista, il-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja rrikonoxxa l-passi li pajjiżna qed jieħu biex jimplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja.

Pajjiżna qed jimbotta għadd ta’ riformi fosthom fil-mod ta’ kif jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija, liema riforma qed titħaddem bħalissa bl-iskrutinju tal-kandidat riferut għall-ogħla kariga fil-korp quddiem il-kumitat parlamentari għall-ħatriet pubbliċi wara għażla b’mod indipendenti mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.

Qed tkun riformata wkoll il-mod ta’ kif tinħatar il-ġudikatura.

Riformi li fi kliem il-Kummissjoni Ewropea huma ta’ eżempju għal pajjiżi oħra f’Ewropa li kollha kemm hi trid teżamina s-sistema tas-saltna tad-dritt.

L-Illum kienet irrappurtat li l-Kummissjoni Venezja faħħret il-proposti dwar il-Kummissjoni Permanenti kontra l-korruzzjoni, dwar dawk ingaġġati mal-Gvern bħala persuni ta’ fiduċja, dwar il-ħatriet tas-Segretarji Permanenti u l-mod kif se jkun maħtur il-Kummissarju tal-Pulizija.

Dan apparti li dwar l-għażla tal-Prim Imħallef il-ġdid, Mark Chetcuti kien hemm qbil unanimu bejn iż-żewġ naħat tal-kamra u hemm qbil fil-prinċipju dwar emendi maħsuba li jsiru, kemm fil-Kostituzzjoni u wkoll fil-liġijiet ordinarji ta’ pajjiżna, dwar kif għandhom jiġu maħtura ġudikanti ġodda, u dwar kif għandu jiġi maħtur Prim Imħallef eventwali hekk kif Dr. Mark Chetcuti jispiċċa minn din il-kariga.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Il-K. E aħjar tgħin lil pajjiżna fil-kwistjoni tal-emigrazzjoni irregolari u mela ċċapċpilna għax noqgħodu bravi!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *