Aktar minn 62% tal-Maltin u l-Għawdxin jaqblu mal-programm taċ-Ċittadinanza b’investiment – One News

Notifiki

Aktar minn 62% tal-Maltin u l-Għawdxin jaqblu mal-programm taċ-Ċittadinanza b’investiment

Aktar minn 62% tal-Maltin u l-Għawdxin jaqblu mal-programm taċ-Ċittadinanza b’investiment magħruf aħjar bħala l-IIP.

Dan joħroġ minn sondaġġ ta-kumpanija Sagalytics li ġie ppubblikat fil-gazzetta llum. Dan minkejja li din l-iskema ġiet kritikata minn bosta esponenti Nazzjonalisti kemm lokalment u anke barra minn xtutna.

Is-sondaġġ juri kif fil-fatt kienu biss 21.5% li ma jaqblux ma’ din l-iskema u kważi 16% ma jafux jaqblux jew le.

Fl-ebda grupp – la skont l-età, skont il-ġeografija u lanqas skont l-edukazzjoni – ma hemm maġġoranza ta’ nies li huma kontra.

Is-sondaġġ juri wkoll kif minkejja l-kampanja qalila mill-Partit Nazzjonalista kontra din l-iskema, il-maġġoranza ta’ dawk li fl-2017 ivvutaw lill-Partit f’tal-Pietà xorta jaqblu mal-programm taċ-ċittadinanza b’investiment.

Fil-fatt 53.7% li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista jaqblu filwaqt li 35.2% ma jaqblux.

Minn naħa l-oħra kważi 80% ta’ dawk li vvutaw lill-Partit Laburista fl-2017 jaqblu ma’ din l-iskema.

Is-sondaġġ innota wkoll kif fost ir-raġunijiet għal dan, hemm il-benefiċċji ekonomiċi li jġib miegħu. 84% ta’ dawk li jaqblu filfatt semmew raġunijiet relatati ma’ flus u ekonomija.

Is-sondaġġ staqsa wkoll dwar kif għandu jintefaq id-dħul minn din l-iskema. 29.7% jemmnu li flus għandhom jintefqu f ’benefiċċji soċjali, edukazzjoni u saħħa filwaqt li 21.6% jgħidu li għandhom jintefqu skont l-eżiġenzi tal-mument.

21.4% qalu li għandhom jintefqu fit-titjib tal-pajjiż.

Il-maġġoranza tal-parteċipanti qalu wkoll li javdaw jew jafdaw ħafna lis-Segretarju Parlamentari Alex Muscat li huwa responsabbli minn din l-iskema.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend