Xortih tidħaqlu u jirbaħ il-miljuni darbtejn f’temp ta’ 3 snin – One News

Notifiki

Xortih tidħaqlu u jirbaħ il-miljuni darbtejn f’temp ta’ 3 snin

Amerikan jista’ jgħid li x-xorti tbissmitlu ferm hekk kif minn biljett tal-lotterija sar miljunarju, iżda x-xorti donnha ħadet grazzja miegħu hekk kif f’temp ta’ tliet snin, biljett ieħor reġa’ rebbħu erba’ miljun dollaru.

Mark Clark ta’ 50 sena qal li lanqas jista’ jemmen li f’inqas minn tliet snin huwa rebaħ is-somma totali ta’ tmien miljun dollaru minn żewġ biljetti.

Clark, kien iqassam il-fjuwil fil-pompi tal-petrol f’Michigan l-Amerika, meta darba minnhom ddeċida li jixtri l-biljett li kellu jwasslu għall-ewwel rebħa tiegħu. Huwa kien irtira mix-xogħol hekk kif taħt rasu kellu somma flus li qatt ma mmaġina li qatt xi darba kien se jkollu.

Xahar ilu, Clark iddeċieda li jerġa’ jittanta xortih u hekk kif kien qed jigref il-biljett b’munita li kien tah missieru – li miet sena ilu – jara li l-biljett li xtara bi ftit dollari kien se jagħtih ritorn miljunarju ieħor.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend