Micheál Martin jintgħażel bħala l-Prim Ministru tal-Irlanda – One News

Notifiki

Micheál Martin jintgħażel bħala l-Prim Ministru tal-Irlanda

Micheál Martin ġie elett bħala l-Prim Ministru Irlandiż waqt laqgħa speċjali li saret fil-Parlament Irlandiż f’Dublin illum is-Sibt. Martin ilu l-mexxej tal-Partit Fianna Fáil mill-2011.

Il-Prim Ministru Irlandiż se jkun qed imexxi l-koalizzjoni bi tliet partiti; il-Fianna Fáil, il-Fine Gael u l-Partit tal-Ħodor. Din se tkun l-ewwel darba li l-partiti rivali Fianna Fáil u Fine Gael se jkunu qed ikunu f’koalizzjoni flimkien.

Lura fi Frar li għadda, l-Irlandiżi ivvotaw f’elezzjoni ġenerali biex jeliġġu l-gvern, madanakollu l-ebda partit ma kiseb il-maġġoranza biex jiggverna. Il-Prim Ministru ġie elett f’seduta speċjali minħabba r-regoli ta’ distanza minħabba l-imxija tal-COVID-19. Huwa kiseb 93 voti favur u 63 kontra tal-membri parlamentari.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend