L-Amerika timponi restrizzjonijiet fuq viża ta’ uffiċjali Ċiniżi – One News

Notifiki

L-Amerika timponi restrizzjonijiet fuq viża ta’ uffiċjali Ċiniżi

Is-Segretarju tal-Istati Uniti, Mike Pompeo, qal li l-Gvern Amerikan qed jimponi restrizzjonijiet fuq il-viża ta’ uffiċjali tal-Partit Komunista Ċiniż, li huwa maħsub li huma responsabbli biex inaqqsu ċertu libertà li tgawdi minnhom Hong Kong.

Pompeo sostna li dan qed isir wara li l-President Amerikan, Donald Trump, wissa li se jkun qed jikkastiga liċ-Ċina dwar il-liġi ta’ sigurtà li qed tipproponi għal Hong Kong, li eventwalment tnaqqas mill-awtonomija tal-istess reġjun.

B’risposta għal dan, iċ-Ċina qalet li d-deċiżjoni tal-Istati Uniti hija żball u li għandha tirtiraha.

Intant, il-kungress Ċiniż se jibda jiddiskuti l-liġi ġdida dwar is-sigurtà, li qajmet furur u protesti f’Hong Kong, għada l-Ħadd.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend