Jamie Mangion jirbaħ it-tieni tellieqa uffiċjali tal-Gran Turismo Sport – One News

Notifiki

Jamie Mangion jirbaħ it-tieni tellieqa uffiċjali tal-Gran Turismo Sport

Fit-23 Ta’ Ġunju, World Pro Racing flimkien ma’ Malta Motorsport Federation ħejjew it-tieni tellieqa uffiċjali tal-Gran Turismo Sport. Tmien xufiera ħadu sehem fit-trakka SPA Francorchamps.

Fil ħin tal prattika Jamie Mangion wera li kellu pass konsistenti ħafna infatti ġie fl-ewwel post waqt il kwalifiki b’ħin ta’ 2:16.245, Michele Lucia fit-tieni post b’ħin ta’ 2:16.799 u Miguel Simiana fit-tielet post b’ħin ta’ 2:17.106. Ivan Birmingham għalkemm wera li kien b’saħħtu wkoll ma rnexxilux jikkwalifika mal-ewwel tlieta u kellu jikkuntenta bir-raba’ post b’ħin ta’ 2:17.376.

Tluq sabiħ u bla inċidenti fit-tellieqa fejn Jamie ddomina mal-ewwel bla ebda sforz u spiċċa fl-ewwel post b’distakk ta’ kważi tletin sekonda minn Michele fit-tieni post li kellu battalji sbieħ ma’ Ivan Birmingham. Ir-raba’ u ħames post ukoll bdew jissieltu ma’ xulxin fejn Carloalberto ddefenda tajjeb ħafna però l-battalja waqfet ħesrem meta Simiana beda jisforza ħafna biex jipprova jaqla’ lil Carloalberto u sfortunatament tilef il-kontroll tal-karozza u kellu jikkuntenta bir-raba’ post.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend