Bqajt imbellaħ xħin rajt artiklu dwar x’hemm fir-rapport tal-Ombudsman, u dan kif ġabet ġabra tiegħu t-Times of Malta. Ma naħsibx li kienet qed tivvinta, għax kieku l-Ombudsman kien joħroġ jgħid li dak ir-rapport huwa żbaljat.
L-aġir tal-Ombudsman huwa oxxen. Mort indur il-liġi li ħolqot l-uffiċċju tal-Ombudsman, u l-prinċipju bażiku huwa li jista’ jinvestiga fatt li jinġiebu għall-attenzjoni tiegħu fi żmien sitt xhur mingħand individwi, jew fuq kwestjonijiet amministrattivi. Xi tfisser din? Jekk ir-Reġistru Pubbliku jivvinta l-ostakli kollha biex niżżewweġ, jien nista’ nieħu l-każ tiegħu quddiem l-Ombudsman, għax ikunu problema tal-amministrazzjoni. L-Ombudsman ma jistax jidħol f’investigazzjoni ta’ natura kriminali. F’kelma wahda, m’għandux il-poter kollha aktar mill-President tar-Repubblika, li jrid joqgħod lura u ‘l fuq mill-partiti politiċi.
Imma s-sur Ombudsman ħaseb li għandu jagħmel li jrid u jikteb li jrid. U dan mingħajr ebda investigazzjoni. Pereżempju jgħid fuq il-korruzzjoni, li hu reat kriminali, u li jiktbu fuqu l-ġurnali, imma l-Ombudsman mhux l-editur tan-Nazzjon. Espressjonijiet bħal dawk huma kapriċċużi u barra minn lokhom. Jekk jagħmilhom l-editur tan-Nazzjon ngħid parti mid-dibattitu politiku, imma mhux meta jkun hemm istituzzjoni li għalkemm magħżula mill-Parlament, hija barra l-politika.
Qal ukoll li bil-protesti tniżżlet amministrazzjoni! Għamel xi investigazzjoni. Jekk qed irewwaħ fuq il-protesti, affarih imma mhux minn fuq il-pulptu ta’ Ombudsman.
Għalhekk inħoss li għandu jirriżenja. U jekk le, peress li jemmen fil-qawwa tal-protesti, inħeġġeġ għal dimostrazzjonijiet paċifiċi kontra tiegħu ħalli jkun jaf x’ifissru.
Kummenti ta’ Nazzjonalist li hu u ma jixirqux lill-kariga ta’ ombudsman. Malta jixraqilha ahjar.
Dott dan nazzjonalist bħalhom allura m’għandux kultura ta’ riżenji!
Dott dak nazzjonalist bħalhom allura m’għandux kultura tar-riżenji!
Jien meta qrajt dak li qal l-Ombudsman stahjiltu qed jixhed f’dik l-inkjesta tal hrejjef u tpaccpic li hemm ghaddejja ……… xejn serju …… suggettive ghal ahhar u mhux dehen tal-pozizzjoni li jokkupa. Biex tkun OMBUDMAN ma tridx taqa fin-nassa tal popolizzmu partiggian ….. ghax kull munita ghandha zewg ucuh.
Meta l-Gvern sa jqum ? Vera qedin tihdu pjacir itukom fuq raskhom u qiesu ma gara xejn. Xi mindaqqiet nibza li jkun hemm xi haga tinten dan mhux wahdi qed najdu hemm hafna Laboristi bhali li qed jahsbu listess