Futbol f’Għawdex: Regoli ġodda mill-istaġun li ġej – One News

Notifiki

Futbol f’Għawdex: Regoli ġodda mill-istaġun li ġej

Waqt l-aħħar kunsill tal-Assoċjazzjoni tal-futbol f’Għawdex ġew introdotti regoli ġodda li ser jidħlu fis-seħħ mill-istaġun li ġejja wara li l-istaġun li għadda kellu jieqaf ħesrem minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Disa’ timijiet ser jipparteċipaw fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni f’Għawdex wara li F.C. Għarb Rangers iddeċiedew li jilgħabu fit-Tieni Diviżjoni minkejja li ma kienux relegati. Dan ifisser li fit-Tieni Diviżjoni ser jipparteċipaw ħames klabba biss li huma Munxar Falcons, St Lawrence Spurs F.C., Qala Saints FC, Żebbuġ Rovers F.C flimkien mal-stess Għarb Rangers.

Il-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni ser ikun kompost minn Ghajnsielem F.C., Kerċem Ajax FC, Nadur Youngsters F.C., Oratory Youths F.C. S.K. Victoria Wanderers, Sannat Lions FC, Victoria Hotspurs FC, Xagħra United FC u Xewkija Tigers F.C.
L-aħħar żewġ timijiet fl-Ewwel Diviżjoni jiġu relegati u għalhekk mhux ser jintlagħbu ebda play-offs bħal l-istaġuni passata.

Żewġ plejers barranin huma eleġibbli li jilgħabu għal kull tim fl-Ewwel Diviżjoni filwaqt li plejer barrani wieħed jista’ jilgħab għat-timijiet fit-Tieni Diviżjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend