AĠĠORNAT: Raġel ta’ 34 sena fil-periklu tal-mewt wara li qabdu 4 jottijiet fl-Imġarr Għawdex – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Raġel ta’ 34 sena fil-periklu tal-mewt wara li qabdu 4 jottijiet fl-Imġarr Għawdex

Raġel ta’ 34 sena minn Għajnsielem jinsab fil-periklu tal-mewt wara li bela’ ammont ta’ duħħan waqt li kien fuq jott li nħakem min-nirien fl-Imġarr Għawdex.

Raġel ieħor mill-Mellieħa ta’ 29 sena, li bela’ wkoll id-duħħan kellu jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza.

Huwa ndarab gravi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:30  tal-Ġimgħa filgħodu, xħin  żviluppa xi nar b’kawża li erba’ jottijiet spiċċaw vampa nar f’żona magħrufa bħala ż-Żewwieqa fil-marina tal-Imġarr Għawdex.

Immedjatament fuq il-post intbagħtu diversi vetturi tat-tifi tan-nar mill-istazzjonijiet t’Għawdex li bdew ħidma delikata biex jitfu n-nirien.

L-operazzjoni ta’ tifi tan-nar baqgħet għaddejja sa ftit wara s-sebgħa ta’ filgħodu, bin-nirien ġew ikkontrollati.

Għal dan il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Bridgette Sultana, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ritratti u filmat: S.Cordina u Xerri

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend