BIL-FILMAT: Diversi persuni jmutu b’daqqiet ta’ sikkina fi Glasgow – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Diversi persuni jmutu b’daqqiet ta’ sikkina fi Glasgow

Tliet persuni nqatlu b’daqqiet ta’ sikkina f’taraġ ta’ lukanda u oħrajn sfaw feruti fil-Belt Skoċċiża ta’ Glasgow.
Uffiċjal għoli tal-Pulizija kkonferma li l-agressur inqatel b’tiri ta’ senter mill-Pulizija Skoċċiża fuq ix-xena tad-delitt, ħdejn il-Park Inn Hotel f’West George Street.

Ftit ħin wara l-inċident il-Federezzjoni Pulizija Skoċċiża kkonfermat li l-agressur ta daqqa ta’ sikkina wkoll lil wieħed mill-uffiċjali tal-pulizija li kien preżenti fuq il-post. Huwa ttieħed l-Isptar, flimkien ma’ 6 oħra li jinsabu f’qagħda kritika.

Ritratti u filmati li ċċirkolaw fil-midja soċjali wrew preżenza qawwija ta’ Pulizija u timijiet mediċi fiż-żona fejn seħħ l-attakk.

Xhieda fuq il-post qalu li diversi persuni ttieħdu l-isptar b’ambulanza, bix-xena tiġi deskritta bħala waħda makabra hekk kif kien hemm ammont kbira ta’ dmija u għajjat.

Fi tweet ftit tal-minuti wara l-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li jinsab ixxukjat b’dan il-qtil, fejn wera s-sogħba tiegħu lejn il-familjari tal-vittmi.

Il-Ministru Ewlieni tal-Iskozja Nikola Sturgeon qalet li atti bħal dawn mhumiex aċċetabli u appellat lill-pubbliku sabiex jevitaw iż-żona.

Huwa mifhum li kawża ta’ dan il-qtil kellha tingħalaq parti kbira miċ-ċentru ta’ Glasgow.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *