Passiġġier ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fil-Gżira – One News

Notifiki

Passiġġier ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fil-Gżira

Kolombjan ta’ 24 sena u li joqgħod Tas-Sliema qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.15 ta’ dalgħodu fi Triq ix-Xatt il-Gżira.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li saret ħabta bejn van tat-tip Citroen Dispatch misjuqa minn raġel ta’ 36 sena minn Santa Venera u mutur tat-tip Yamaha YP250 misjuq minn raġel ta’ 48 sena li joqgħod Tas-Sliema. Ir-raġel ta’ 24 sena kien passiġġier fuq il-mutur.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista lis-sewwieq tal-mutur u lill-passiġġier. Huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard is-sewwieq tal-mutur kien iċċertifikat li sofra minn ġrieħi ħfief filwaqt li l-passiġġier kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend