Malta u l-Alġerija jitkellmu dwar il-waqfien mill-ġlied fil-Libja mingħajr l-indħil barrani – One News

Notifiki

Malta u l-Alġerija jitkellmu dwar il-waqfien mill-ġlied fil-Libja mingħajr l-indħil barrani

Malta u l-Alġerija qablu li fil-Libja għandu jkun hemm il-waqfien mill-ġlied fil-Libja mingħajr l-indħil barrani sabiex ikun hemm ftehim bejniethom biex jibnu futur ta’ progress soċjali u ekonomiku għalihom.

Dan inqtal f’telefonata li kellu l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Alġerija Sabri Boukadoum.

Waqt din it-telefonata, iż-żewġ ministri qablu li għandu jkun hemm tisħiħ fir-relazzjonijiet politiċi u kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi. Qablu wkoll li għandha titlaqa’ l-Kummissjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.

Qablu wkoll li l-Alġerija se ssaħħaħ ir-rappreżentanza diplomatika f’pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend