Liverpool jirbħu l-League Ingliż wara nuqqas ta’ 30 sena – One News

Notifiki

Liverpool jirbħu l-League Ingliż wara nuqqas ta’ 30 sena

Il-Ħamis filgħaxija Liverpool rebħu l-Premier League Ingliż għad-dsatax-il darba wara li Manchester City tilfu kontra Chelsea. Liverpool kienu jinsabu fil-quċċata tal-klassifika wara staġun pożittiv ħafna fejn bħalissa jinsabu bi 86 punt, 13-il punt aktar mill-istess Manchester City.

Il-League ta’ din is-sena kien wieħed pożittiv ghat-tim ta’ Liverpool fejn taħt it-tmexxija ta’ Jurgen Klopp it-tim minn Merseyside sa issa rebaħ 28 logħba minn 31 logħba, tilfu logħba waħda u spiċċaw żewġ logħbiet f’parita.

L-aħħar darba li Liverpool rebħu l-League Ingliż kien fl-1990 taħt it-tmexxija tal-manager Kelly Dalglish.

Fil-logħba li jmiss Liverpool se jkunu qed jilgħabu barra minn darhom kontra Chelsea. L-aħħar logħba ta’ Liverpool dan l-istaġun mistennija tkun kontra Newcastle United ġewwa St James’ Park fis-26 ta’ Lulju li ġej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend