Ir-Russi bdew jivvutaw għal tibdil fil-kostituzzjoni  – One News

Notifiki

Ir-Russi bdew jivvutaw għal tibdil fil-kostituzzjoni 

Il-poplu Russu qed jivvota dwar riformi kostituzzjonali li jistgħu jippermettu lill-President Vladimir Putin jagħmel żewġ mandati oħra fil-kariga tiegħu.

Il-vot uffiċjali kellu jittieħed fl-ewwel ta’ Lulju, madanakollu, minħabba l-imxija tal-COVID-19, l-awtoritajiet fetħu l-postijiet tal-votazzjoni minn ġimgħa qabel biex jiġu evitati l-folol tan-nies.

Alexei Navalny, li qed jopponi dawn ir-riformi, qal illi jekk ir-Russi jivvutaw favurihom, ikun ifisser li Putin jibqa’ president għal ħajtu. Madanakollu, il-President Russu Putin qal illi dawn ir-riformi se jfissru stabbiltà fil-pajjiż.

Minkejja li Putin ma kkummentax pubblikament li jixtieq jerġa’ jikkontesta għall-elezzjoni tal-2024, huwa sostna li hija kruċjali għalih li jkollu l-faċilità li jagħżel li jerġa’ jikkontesta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend