Il-linja tal-ajru Awstraljana se tkeċċi 6,000 impjegat  – One News

Notifiki

Il-linja tal-ajru Awstraljana se tkeċċi 6,000 impjegat 

Il-linja tal-ajru Awstraljana Qantas ħabbret li se tkun qed tkeċċi 6,000 impjegat bħala parti mill-pjanijiet tagħha biex tilqa’ għall-impatt li ħalliet il-pandemija tal-COVID-19 fuq is-settur tal-avjazzjoni.

F’Marzu, l-linja nazzjonali tal-Awstralja qed topera b’20 fil-mija biss tal-ekwipaġġ tagħha, hekk kif it-titjiriet naqsu kawża tal-imxija.

Il-ġimgħa li għaddiet, il-gvern Awstraljan qal illi l-fruntieri Awstraljani se jibqgħu magħluqa sas-sena d-dieħla, u għalhekk il-kumpanija kella tikanċella t-titjiriet kollha ħlief dawk għal New Zealand.

Intant, b’reazzjoni għal dan, il-Kap Eżekuttiv Alan Joyce qal illi l-linja tal-ajru qed tipprevedi li tagħmel dħul minimu fit-tliet snin li ġejjin u li għalhekk se jkollha topera inqas titjiriet bit-tama li tirranka fis-snin ta’ wara. Joyce qal illi fl-aħħar xhur il-kumpanija tilfet biljuni ta’ dollari.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend