Ħidma biex il-Birgu, l-Imdina u ċ-Ċittadella jsiru siti tal-UNESCO  – One News

Notifiki

Ħidma biex il-Birgu, l-Imdina u ċ-Ċittadella jsiru siti tal-UNESCO 

Bħalissa għaddejja ħidma sabiex bliet bħall-Birgu, l-Imdina u ċ-Ċittadella jiġu rikonoxxuti bħala siti tal-UNESCO.

Żvela dan il-Ministru għall-Kultura Josè Herrera ma’ One News waqt żjara fil-Belt Valletta ħdejn l-iswar restawrati tas-Salinos.

Il-Ministru Herrera ħabbar li kumitat fil-Ministeru qed jaħdem mal-UNESCO sabiex dawn l-ibliet antiki Medjevali jingħataw dan il-ħarsien tant prestiġġjuż.

Sa issa hija l-Belt u t-tempji megalitiċi Maltin li huma meqjusa bħala siti tal-UNESCO.

“Qed naħdmu fuq biċċa xogħol, il-kumitat tal-UNESCO fi ħdan il-Ministeru tiegħi biex inżidu aktar assi li jkunu llistjati taħt il-UNESCO.”

“Għandna siti oħrajn. Għandna l-Birgu, għandna l-Imdina, għandna ċ-Ċittadella t’ Għawdex. Għandna bliet li tant huma prestiġjużi, tant huma importanti li jistħoqilhom jiġu llistjati taħt il-UNESCO.”

Il-Ministru Herrera sostna l-benefiċċji ta’ siti li jkunu jiffurmaw parti mil-lista tal-UNESCO.

“Għaliex jekk inti tibrandjahom bħala World Heritage Sites il-branding tant hu powerful li jattira iżjed nies. Ikun iktar prestiġjuż.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *