Marta Vella nħatret bħala direttur tal-Festival ŻiguŻajg – One News

Notifiki

Marta Vella nħatret bħala direttur tal-Festival ŻiguŻajg

Marta Vella ġiet maħtura bħala d-Direttur tal-Festival ta’ ŻiguŻajg mill-Fondazzjoni Kreattività għat-tliet snin li ġejjin.

Hija għandha esperjenza wiesgħa fl-arti performattiva u hija studjat fir-Royal Academy of Dramatic Art f’Londra. Is-Sinjura Vella mhijiex xi isem ġdid għall-festival dan minħabba ħadet sehem f’diversi xogħlijietli ttellgħu f’dan il-festival fosthom: f’The Japanese Garden (2012), The Three Sunsets (2014) u kitbet u dderiġiet kemm Cookie and the Art of Bullying (2014) kif ukoll Aħn’aħwa jew m’aħniex? (2017).

Reċentement hija kienet waħda mill-kittieba u dderiġiet is-serje tant mfaħħra Panto in the Dark flimkien ma’ Teatru Malta li għaliha Gaw Gaw rebħet il-premju 2020 għall-Aħjar Innovazzjoni fil-Malta Arts Awards.

Marta ħadet sehem ukoll fis-Complicité’s Everything That Rises Must Dance bi krediti oħra fosthom Akakiy in The Overcoat (Scandal and Gallows), The Queen of Hearts in Alice’s Adventures Underground (Les Enfants Terribles), Woman in Then The Square Grew Dark, (Bloomsbury Theatre), Mother Courage in Mother Courage and Her Children, Helen of Troy in The Women of Troy u Rebekka West f’Rosmersholm (RADA). Il-krediti lokali jinkludu De-Terminated (Herman Grech), The Bacche, Calendar Girls (MADC), 9 Parts of Desire (Troupe 18:4), Blood Wedding, Ma Rridx Immur (Teatru Manoel), In-Nisa Maltin Jafu Kif, Il -Kappillan ta’ Malta (Staġun Teatru Malti), The Three Sunsets (TMYT) u r-rwol tat-titlu f’Il-Ħajja Sigrieta tan-Nanna Ġenoveffa (Unifaun).

Bħalissa hija qed toqgħod f’Londra.

Din l-aħbar waslet fi żmien fejn il-festival ŻiguŻajg qed jiċċelebra l-għaxar sena tiegħu. L-edizzjoni ta’ din is-sena se toffri wkoll għadd ta’ sfidi minħabba l-pandemija tal-Covid-19 u għalhekk il-fesival din is-sena se jieħu xejra oħra.

Il-Festival ta’ ŻiguŻajg se jsir f’Novembru 2020, bil-programm ta’ avvenimenti tiegħu jitħabbar fil-bidu ta’ Ottubru 2020.

Fi stqarrija, il-Fondazzjoni Kreattività rringrazzjat lil Daniel Azzopardi għall-ħidma tiegħu bħala Direttur ta’ dan il-festival matul dawn l-erba’ snin. Filwaqt li awgurat  lil Marta Vella għall-kairga l-ġdida tagħhha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend