Joseph Muscat iressaq ksur ta’ privileġġ fuq aġir ta’ gidba inġurjuża ta’ Jason Azzopardi – One News

Notifiki

Joseph Muscat iressaq ksur ta’ privileġġ fuq aġir ta’ gidba inġurjuża ta’ Jason Azzopardi

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat ressaq ksur ta’ privileġġ fil-konfront tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, wara li allega li Dr. Muscat kellu informazzjoni li hemm pjan biex tinqatel Daphne Caruana Galizia u għaldaqstant sejjaħ l-elezzjoni ġenerali qabel.

Dr. Muscat stqarr: “F’din il-kalunja qed jiġi allegat li jien b’xi mod kont naf bil-plot tal-qtil, li ma jirriżulta minn imkien, mill-ebda fantażija, u jien ngħid l-ebda livell ta’ skontru politiku ma jiġġustifika li bniedem jiġi mċappas b’allegazzjoni ta’ dan it-tip. Ma tirriżulta minn imkien ħlief mill-fantażija bla sens tal-onorevoli membru.”

Id-deputat Laburista qal fil-Parlament li jemmen li politiku jrid jaqla’ ġo fih u jħalli l-libertà tal-espressjoni tirrenja.

Qal iżda li l-aġir ta’ Azzopardi kien gidba inġurjuża u malafamanti fil-konfront tiegħu, li minbarra li ċaħadha bil-qawwa kollha, hija bla bażi.

Dr. Muscat temm jgħid li huwa l-unika Prim Ministru li taħtu ssolva każ maġġuri ta’ qtil.

Huwa sostna: “Jien kelli elf difett u għandi elf difett, imma taf x’naf li jien l-unika Prim Ministru li taħti ġie solvut każ maġġuri ta’ qtil.”

L-Ispeaker Anġlu Farrugia mistenni jagħti ruling dwar dan il-każ f’seduta parlamentari oħra.

Ta’ QabelLi Jmiss

6 Comments

  1. Mela bħal Karin Grech u Ray Caruana. Darba giddieb kien qalilna li kellu jgħidilna min qatilhom meta jkun fil-Gvern. Ghamel 25 sena u għadna nistennew imqar suspettat wieħed!!

    1. Meta dak il bravu kien qed jigi ntetvistat fuq tv.Il prezentatrici saqsietu fuq dak li qal qabel l ellezzjoni hu irrisponda.Hadd ma ried jghidli xejn.

  2. Onor prim ministru.Grazzi ta dsk kollu li taghmel ghall partit u Malta.Pero hemm bzon kbir li limmunita tal membri parlamentari ghanda tispicca darba ghall dejjem

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend