BIR-RITRATTI: Anzjan ta’ 75 sena ttella’ mejjet mill-baħar f’Tas-Sliema – One News

Notifiki

BIR-RITRATTI: Anzjan ta’ 75 sena ttella’ mejjet mill-baħar f’Tas-Sliema

Anzjan ta’ 75 sena minn Tas-Sliema, sfortunatament tilef ħajtu waqt li kien qiegħed jgħum fil-Bajja tal-Exiles.

Fi stqarrija l-pulizija qalet li ġiet imsejħa fit-8:00 ta’ filgħodu.

Ir-raġel ittella’ mill-baħar minn xi persuni li kienu fl-akwati hekk kif innutaw li r-raġel jinsab wiċċu ‘l isfel fl-ilma.

Il-pulizija mill-għassa ta’ San Ġiljan sabu lir-raġel bla ħajja fuq il-blat.

Ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Dr Josette Demicoli li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

Aqra wkoll:

Patri Victor Enriquez huwa l-anzjan ta’ 75 sena li miet dalgħodu waqt li kien qed jgħum fil-bajja tal-Exiles

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend