Minuta silenzju għat-tliet vittmi t’attakk fl-Ingilterra – One News

Notifiki

Minuta silenzju għat-tliet vittmi t’attakk fl-Ingilterra

Minuta silenzju għall-vittmi t’attakk f’Reading, l-Ingilterra. Liema attakk seħħ is-Sibt filgħaxija fejn tliet persuni nqatlu u persuna oħra għadha qed tingħata l-kura f’dak li qed jitqies bħala att terroristiku.
Il-Kunsillier tal-lokal stieden lin-nies sabiex jingħaqdu f’din il-minuta silenzju permezz tal-paġna ta’ Facebook tal-kunsill stess.

Fost iż-żewġ vittmi ġie identifikat James Furlong li huwa għalliem ta’ 36 sena. Waqt iċ-ċerimonja tpoġġew ukoll numru ta’ xemgħat u fjuri fejn knisja viċin l-iskola li kien jgħallem fiha.

Intant, il-Libjan Khairi Saadallah ta’ 25 sena ġie ddentifikat bħala s-supettat għal dan l-att terroristiku. Huwa ġie arrestat fuq il-post immedjatament mill-Pulizija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend