Johnson bi pjan sabiex jiftħu l-postijiet kummerċjali u tax-xagħar – One News

Notifiki

Johnson bi pjan sabiex jiftħu l-postijiet kummerċjali u tax-xagħar

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson mistenni jħabbar liema setturi ser jiftħu mill-4 ta’ Lulju li ġej dan sabiex terġa’ tibda ddur ir-rota ekonomika Ingliża.

Huwa mistenni li Johnson ser inaqqas ir-restrizzjoni dik tad-distanza soċjali ta’ żewġ metri biex issa tiġi għal dik ta’ metru.

Dan il-pjan ser ikun qed jimmarka t-tielet fażi tal-pjan tal-Gvern Ingliż fit-tnaqqis ta’ restrizzjonijiet tal-lockdown billi jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom postijiet kummerċjali bħal pubs u ristoranti, kif ukoll ħwienet tax-xagħar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend