Tul il-pandemija kien hemm żieda fit-talbiet għall-adozzjonijiet tal-annimali domestiċi – One News

Notifiki

Tul il-pandemija kien hemm żieda fit-talbiet għall-adozzjonijiet tal-annimali domestiċi

Tul il-pandemija aktar persuni ħasbu biex jadottaw pet biex irabbuh u jżommilhom kumpanija d-dar.

Dan qalu lil ONE News is-Segretarju tal-Federazzjoni Nazzjonali għall-Klieb Frank Borg, li spjega kif kif fl-aħħar ġimgħat żdiedu t-talbiet għall-adozzjonijiet ta’ xi pet ġdid.

Borg stqarr, “Kien hawn domanda ta’ talbiet, kulħadd ifittex. It-talbiet kien fenominali u t-talbiet kuljum, mentri fiż-żmien normali, ftit ikunu t-talbiet, imma waqt il-pandemija t-talbiet kienu xi ħaġa ta’ barra minn hawn.”

Raġuni ewlenija għal dan kien għaliex aktar nies ħassewhom waħeda huma u jżommu mal-istruzzjonijiet ta’ nuqqas ta’ ħruġ tul dan iż-żmien.

“Il-fattur ewlieni kien li n-nies kienu d-dar, qed tifhem, it-tfal ma kienux qed imorru skola allura raw li kellhom iż-żmien, kien iż-żmien opportun għalihom illi jrabbu kelb” Kompla jgħid Borg.

Borg spjega wkoll li dan kollu kapaċi jkollu effett negattiv ‘il quddiem, hekk kif issa li n-nies bdew ir-rutina tas-soltu, jaf isibuha faċli biex issa jwarbu l-annimal li adottaw.

“Dan ħadd ma kien jaħseb kemm se ndumu f’din is-sitwazzjoni u meta inti tiġi biex trabbi annimal, m’huwiex sew li issa għax għandek iż-żmien rabbejtu u imbagħad għadda xahar, erġajt mort lura għan-normal, tfal qed immorru l-iskola, mort għax-xogħol u titfgħu barra.” Temm jgħid Borg.

Għalhekk appella biex is-sidien tal-annimali domestiċi jibqgħu responsabbli u jagħtuhom l-attenzjoni li ħaqqhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend