Jekk naħdmu flimkien, nibnu Malta aħjar

Il-pandemija Covid-19 kienet l-akbar test li r-repubblika ċkejkna tagħna kellha taffaċċja, fejn bħal missirijietna li sabu kenn fix-xelters fi żmien il-gwerra, aħna sibna kenn f’darna, anke jekk ħafna mill-egħżeż affarijiet għalina ma baqgħux possibbli.

Dan kitbitu mart il-Prim Ministru Lydia Abela f’opinjoni li ppublikar fil-gazzetta The Malta Independent on Sunday, bit-titlu Together for a better tomorrow.

Dr Abela żiedet tgħid kif ħafna baqgħu sorpriżi li Malta ma kkrollatx fis-sitwazzjoni, hekk kif l-iżgħar stat fl-Unjoni Ewropea baqa’ bl-anqas rata ta’ mortalità u kellu l-anqas pressjoni fuq il-Kura Intensiva. Hawn fakkret ukoll kif il-Prodott Domestiku Gross nazzjonali kiber b’mod pożittiv xorta waħda fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, u r-rata ta’ qgħad xorta baqgħet anqas mill-medja storika.

Dawn ma kinux riżultati li ġew b’kumbinazzjoni, saħqet mart il-Prim Minstru, hekk kif Malta rreaġixxiet b’għaqal tul il-pandemija u kulħadd ħadem flimkien. Issa, tgħid Dr Abela, għandna niffukaw fuq il-futur u dak li għad irridu niksbu. Fakkret kif l-amministrazzjonijet Laburisti dejjem kellhom l-għan li kulħadd igawdi l-prosperità. Prijorità li għandha tibqa’ wara l-Covid-19.

Hawn semmiet il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li ħabbar il-Gvern dan ix-xahar, li jiffoka fuq il-ħolqien tal-impjiegi u għajnuniet lill-familji u n-negozji.

Dan se jippermetti għal ekonomija li tikkrea l-prosperità għal kulħadd b’mod ġust, u biex Malta tibda fażi ġdida fil-progress li qed tagħmel.

Lydia Abela temmet bi frażi sempliċi iżda b’saħħitha… Jekk naħdmu flimkien, nibnu għada aħjar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend