Il-band Different Minds bl-aħħar silta tagħhom: “Across The Borderline” – One News

Notifiki

Il-band Different Minds bl-aħħar silta tagħhom: “Across The Borderline”

Il-band Maltija ‘Different Minds’ dil-ġimgħa ħarġu d-diska ġdida tagħhom “Across the Borderline”, bi kliem u mużika ta’ Ray Mercieca u produzzjoni ta’ Cyprian Cassar ġo Somino Studios. Il-kanzunetta l-ġdida hi aċċessibli fuq YouTube jew fuq il-paġna ta’ Facebook tal-band Different Minds Malta.

Different Minds hija rock pop band Maltija li reġgħet ġiet iffurmata wara 20 sena mill-membri oriġinali Robert G il-kantant, Jason Mizzi il-kitarrist awkustiku u l-pjanist/keyboardist Elton Abela. Magħhom ingħaqdu wkoll Godwin Debono fuq il-bass guitar, Gabriel Azzopardi bħala kitarrist u George Agius fuq id-drums.

Il-gigs tagħhom huma magħrufa għal mużika rock popolari ta’ kull ġeneru kif ukoll għall-kanzunetti maħruġa minn Robert G matul is-snin li għaddew. Iktar kmieni din is-sena l-kanzunetta tagħhom ‘A Reason to Live’ telgħet mal-Aqwa 10 fil-Malta Airplay Chart.

Wieħed jista’ jsegwi l-vidjow mużikali hawn taħt:

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend