Aktar minn €300,000 f’allowances għas-suldati – One News

Notifiki

Aktar minn €300,000 f’allowances għas-suldati

Membri mill-Forzi Armati ta’ Malta li kienu minn ta’ quddiem fil-ġlieda kontra l-imxija ngħataw jew qegħdin fil-proċess li jingħataw aktar minn tliet mitt elf ewro f’allowances għal sigħat żejda li ħadmu.

Ħabbar dan il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri waqt tweġiba għal mistoqsija supplimentari fil-Parlament, fi sfond li s-suldati kienu strumentali b’ħidtmiethom matul l-imxija.

Il-Ministru Byron Camilleri stqarr: “Konna ħdimna u ddeċidejna li dawn il-ħaddiema jingħataw allowance tas-sigħat żejda li huma qed jaħdmu.

Sa issa l-valur ta’ dan li tħallsu dawn il-ħaddiema jeċċedi it-€300,000 u issa dan l-ammont se jibqa’ għaddej għal xi ftit jiem oħra jiġifieri dan l-allowance se jibqa’ jintemm għal xi ftit jiem oħra sakemm tintemm l-emerġenza fis-saħħa pubblika.”

Il-Ministru Byron Camilleri nnota wkoll il-fatt li l-membri mill-Forzi Armati ta’ Malta, huma l-uniċi forzi dixxiplinati li ma jitħallsux ta’ sigħat żejda li jaħdmu.

Dr Camilleri ħabbar li bħalissa għaddejin diskussjonijiet u negozjati sabiex jintlaħaq qbil fuq ftehim settorjali ġdid għall-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Huwa sostna: “Preżentament għaddejin diskussjonijiet anke sabiex intejbu l-paga tagħhom, sabiex intejbu l-kundizzjonijiet tagħhom u qed jiġi nnegozjat collective agreement ġdid li nixtieq li fil-ġimgħat li ġejjin imur quddiem il-ħaddiema.”

B’reazzjoni għal dan, One News tkellem mal-Kaptan Emanuel Bugelli, membru fil-Kumitat li jirrappreżenta lis-suldati, fi ħdan il-General Workers Union.

Huwa esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan u sostna li t-taħdidiet għaddejin b’ritmu tajjeb ħafna.

Is-Sur Bugelli stqarr: “Aħna smajna l-kummenti tal-Ministru li t-taħdidiet għaddejin u għaddejin b’pass ġmielu. Aħna qed nistennew b’ħeġġa kbira li jekk Alla jrid ikollna l-kontra proposti fil-futur qrib.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend