Redikola u mistoqsija stupida.
Hekk iddikjara d-deputat Nazzjonalista David Thake, meta mistoqsi jekk jikkundannax il-kummenti tal-eks Segretarju Ġenerali Nazzjonalista tat-tmeninjiet Louis Galea, li qal li l-Partit Laburista għandu kanċer.
Il-kumment ta’ Louis Galea weġġa’ lil ħafna iżda għal David Thake din hija xi ħaġa redikola.
Il-Viċi Kap Nazzjonalista Robert Arrigo qal li dan il-gvern huwa ta’ ħasra għal Malta, filwaqt li ma kkundannax lil Louis Galea għal kummenti tiegħu.
Ħadd mid-deputati nazzjonalisti oħra ma lissnu kelma ta’ kundanna lejn Louis Galea, li uża l-mard sabiex jattakka lil Partit Laburista.