Il-Prim Ministru Robert Abela jżur l-uffiċini tal-MITA  – One News

Notifiki

Il-Prim Ministru Robert Abela jżur l-uffiċini tal-MITA 

Il-Prim Ministru Robert Abela żar l-uffiċini tal-MITA f’Santa Venera.

Akkumpanjat mill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna u s-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo, il-Prim Ministru ltaqa’ mal-ħaddiema u rringrazzjahom tax-xogħol intensiv li kellhom iwettqu tul dawn l-aħħar xhur.

Fil-fatt il-Prim Ministru Robert Abela nnota kif ix-xogħol mill-impjegati jinħass li juwa wieħed li jsir mill-qalb u b’tant dedikazzjoni.

Waqt iż-żjara tal-Prim Ministru iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-aġenzija Tony Sultana saħaq li l-MITA baqgħet b’saħħitha tul dawn l-aħħar snin u bl-iżjed teknoloġija moderna u avvanzata ser tkompli ssaħħaħ l-operat tagħha.

Qal li għalkemm wieħed jaħseb li l-MITA tieħu funzjoni teknoloġika, l-aġenzija tinkludi ħafna iżjed minn hekk fis-servizz tagħha; inkluż l-aspett soċjali li jolqot eluf ta’ familji. Eżempju konkret huwa l-investiment li sar fid-Dar tal-Providenza fejn ir-residenti u l-viżitaturi kollha għandhom aċċess għall-internet b’xejn erbgħa u għoxrin siegħa kuljum.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Edward Scicluna rrimarka li l-MITA hija istituzzjoni li tgawdi r-rispett ta’ kull min juża s-servizzi tagħha imma anke tal-pubbliku ġenerali.

Is-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo rrimarka li x-xogħol li qed tagħmel il-MITA qed imur lil hinn minn sempliċment ħarsien tal-infrastruttura teknoloġika tal-gvern.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend